Dies Irae

Kien ilni diversi snin ma nħażżeż erba’ versi. Ftit xhur ilu ħażżist dawn … li baqgħu fuq l-iskrivanija. Fl-aħħar, wasal iż-żmien li naqsamhom magħkom.


Dies Irae

Leħen id-demm jgħajjat lejn is-sema.
U misħuta għalik din l-art ħelwa
li fetħet fommha biex tilqgħu.
Ir-rand girlanda, mixħuta fl-art.

Ebda fwieħa ma toħla dawk l-idejn,
l-eħrex soder ma jaħsel it-tletin biċċa.
Il-prezz misħut tad-demm
jieklok bħas-susa. Qoxra biss.

Tiġġerra bil-marka fuq xbinek,
tħuf ‘l hawn u ‘l hinn
bla ma ssib mistrieħ. Qatt.
Sa jum il-ħaqq.


Ritratt ta’ David Stang, Wikimedia (CC BY-SA 4.0)

Leave a comment