
B’gratitudni lejn Alla għall-ħajja ta’ Dun Ġużepp Fenech. Saċerdot ta’ qalb kbira, li għal tant minna kien dak li rawwimna fis-servizz liturġiku. Nixtieq niftakru hekk: hawn Mons Fenech qiegħed ċerimonier ma’ Mons. Xuereb; jien il-ġuvnott biċ-ċensier, servizz liturġiku, fejn l-ewwel nibtet is-sejħa saċerdotali u reliġjuża tiegħi.
Qaddisin t’Alla, għinuh; / anġli tal-Mulej, ejjew ilqgħuh:
ħudu magħkom ‘il ruħu: / wassluha quddiem Alla l-Għoli
Ħa jilqgħek Kristu/ li sejjaħlek għal warajh:
ħa jqegħduk l-Anġli fi ħdan Abraham.
Ħudu magħkom ‘il ruħu: / wassluha quddiem Alla l-Għoli.
[first published on Facebook 01 March 2021]