Nawfraġju

NAWFRAĠJU

Tħosshom ma’ riġlejk il-lifgħat,
b’ilsienhom biforkut, u t-tossku f’ħalqhom
Jobżqu l-velenu ma’ kull artiklu.

Bħal missirijiethom. Issessku bejniethom
meta dan il-ħabsi, meħlus mill-għarqa,
gidmitu l-lifgħa.

Kieku huma ħallewh fuq xi ġifen.
Il-kuxjenza llupjata għal wiċċ ġenshom
waqt li jsaħħnu s-siġġijiet ta’ quddiem fit-tempji.

U jiġbdu fuqhom kliem iebes f’jum il-Ħaqq:
“Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem”
għax lill-Imgħallem f’ħuthom m’għarfuhx.

“Tliet darbiet rajt l-għarqa; għaddejt lejl u jum f’nofs ta’ baħar.” (2Kor 11:25) Pittura ta’ Francesco Zahra, f’Dar Manresa, Floriana (illum il-Kurja Arċiveskovili).

2 comments

  1. sabiħa mmens Broo. Ma messekx twarrbu dat-talent.

    Narak (u nisimgħek) illejla.

Leave a comment