Xi ġimgħatejn ilu, tfajt fuq dan il-blogg, poeżija mill-ktibt dawn l-aħħar snin [Nawfragju, ara hawn].
Illum qed naqla’ waħda li ktibt qabel dħalt Ġiżwita (jiġifieri qabel is-sena elfejn, imma naħseb xi 1997 jew 1998). Hija poeżija, maħsuba bħala kant għall-quddiesa. Il-kliem huwa tiegħi, u mużika ta’ Roderick Vassallo.
Ir-rekording tal-verżjoni kantata hija tal-2005, waqt l-esperiment tal-MAGIS fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fil-Ġermanja. (Jien u nikteb qed ninduna li għaddew 20 sena!)
Ir-ritratt? Quddiesa, ma’ grupp ta’ studenti (kważi kollha saċerdoti) fuq l-artal fuq il-Kalvarju, fil-Knisja tal-Qabar ta’ Kristu (jew kif jafuha l-Griegi, l-Anastasis, il-Knisja tal-Qawmien mill-Imwiet!).
Offerti għas-Sagrifiċċju
Bħal’ offerti għas-sagrifiċċju
ried biss il-ħobż u l-inbid.
U l-frott ta’ l-art hekk sempliċi
isiru Kristu fuq is-salib. (x2)Għaqqadna lkoll f’offerta waħda
b’salibu biss bħala artal,
sagrifiċċju għal dejjem,
imġedded kif ried u kif qal.Bħal’ offerti għas-sagrifiċċju
ried biss il-ħobż u l-inbid.
U l-frott ta’ l-art hekk sempliċi
isiru Kristu fuq is-salib.

