Xejn ma ħejjieni. Imma xejn ma nibdel.
Bla kliem quddiem tant uġiegħ, ħija.
Kull kelma donnha dagħwa.Quddiemek dalma faħma. Bûr bla qiegħ.
Il-wied mudlam. Memorji, lpup lesti jbiċċruk.
L-infern tiegħek ma nistax neħilsek minnu.Ħallini ninżel hemm. Nimxi maġenbek.
Għajnejja għejjew idemmgħu,
Qalbi mifqugħa bin-niket, rasi ttaqtaq.
Imma mhux se nerħik.Midd rasek fuq spallti.
Qiegħed idejk f’idejja, int u ttarrafli.
Dmugħna jaħraq isaqqi r-raded tan-nixfa tiegħek,
sal-jum li fih, fi żmienha, twarrad.
Kelli bżonnha. Missitli qalbi.
Grazzi, Charles. Napprezza.